Friday, November 15, 2024

Blackball: Tnejn u tletin plejer jissieltu sabiex wieħed minnhom ikun champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa tingħata bidu għall-kompetizzjoni organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball fejn jiġi determinat iċ-champion ta’ Malta. Total ta’ 32 plejer se jkunu qed jieħdu sehem f’dan it-turnament u dawn se jkunu maqsuma fi tmien gruppi ta’ erba’ plejers kull wieħed.

Wara li l-ġimgħa l-oħra saru l-poloz ta’ din il-kompetizzjoni fejn l-erba’ gruppi rriżultaw hekk:

Grupp A – Mevrick Zammit, Ivan Rizzo, Jake Castaldi, Jeffrey Farrugia.

Grupp B – Dejan Grech, Miguel Mizzi, Lee Ryan Darmanin, Philip Coleiro.

Grupp Ċ – Ryan Pisani, Christopher Demicoli, Matthias Debono, Kevin Schembri.

Grupp D – Owen Amato, Lee Grima, Chaylon Castaldi, Jed Abela.

Grupp E – Scott Muscat, Stephen Mangion, Lydan Debono, Gilmoure Scicluna.

Grupp F – Johan Attard, Jesmond Schembri, Nordai Desira, Mario Scicluna.

Grupp G – Clint Grima, Clint Azzopardi, Steven Muscat, Deacon Formosa.

Grupp H – Leon Azzopardi, Wayne Pace, Nick Muscat, Clayton Castaldi.

Uħud minn dawn il-plejers se jkunu parti mill-kontinġent Malti li se jieħu sehem fil-Kampjonati Dinjija tal-Blackball li se jsir fi Franza f’Ottubru li ġej.

Il-logħob se jintlagħab fil-Juventus Club Vero Amore bejn it-23 t’Awwissu u l-1 ta’ Settembru meta dakinhar issir il-finali.

Ekonomija

Sport