L-awtoritajiet ta’ Sydney fl-Awstralja ddikjaraw li l-blalen misterjużi li nstabu fir-ramel u li sfurzaw l-għeluq ta’ diversi bajjiet f’Sydney il-ġimgħa li għaddiet instab li kien fihom aċidi saturati, bħal E. coli u batterji li jkunu fil-ħmieġ uman u tal-annimali. Il-kunsill tal-Bajjiet tat-Tramuntana ta’ Sydney bagħat id-debris lill-Awtorità għall-Ħarsien tal-Ambjent ta’ New South Wales (EPA) għal aktar analiżi.
Disa’ bajjiet, inklużi li spots popolari Manly u Dee Why, ingħalqu fl-14 ta’ Jannar wara li l-blalen bdew jinkixfu fir-ramel. Dan ġie xhur wara li eluf ta’ bċejjeċ suwed bdew jidhru fuq il-kosti tal-belt f’Ottubru, li wasslu lill-awtoritajiet biex jagħlqu xi wħud mill-aktar bajjiet famużi għal diversi jiem u jordnaw tindif kbir.
L-aħħar lott ta’ blalen instabu fil-bajjiet tal-port din il-ġimgħa. Il-Kunsill ħeġġeġ lil kull min lemaħ il-blalen biex ma jmisshomx u biex jikkuntattja minnufih lill-awtoritajiet. Minbarra l-aċidi u l-batterji, il-blalen kien fihom ukoll trab tal-blat vulkaniku.
Is-Sindku ta’ Bajjiet tat-Tramuntana, Sue Heins, qalet li tittama li l-analiżi tal-EPA “tidentifika s-sors sabiex ikunu jistgħu jwaqqfu dan milli jseħħ f’bajjiet oħra”.
Ix-xjentisti qalu li l-blalen jixbħu bċejjeċ ta’ xaħam, żejt u grass – li spiss jissejħu “fatbergs” – li huma komunement iffurmati fis-sistemi tad-drenaġġ.
Iżda Sydney Water irrapporta li l-pjanijiet tat-trattament tal-ilma tagħha qed joperaw b’mod normali u li ma kien hemm l-ebda kwistjoni magħrufa bis-sistemi tal-iskart u ħeġġeġ lill-komunità biex tirrapporta kwalunkwe dehriet ta’ dawn il-blalen.