Wednesday, April 24, 2024

Blokok lussużi minflok il-lukanda Verdala

Aqra wkoll

Dik li qabel kienet il-lukanda Verdala fil-limiti tar-Rabat bdiet titwaqqa’ biex tagħmel wisa’ għal kumpless ta’ tliet blokok lussużi li l-approvazzjoni għalihom ingħatat mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan il-kumpless se jkun jikkonsisti f’żewġ blokok ta’ appartamenti u xi stabbilimenti kummerċjali u blokk ieħor li se jkun maqsum bejn appartamenti u ‘guest house’ ta’ 26 kamra. Dan il-proġett jinkludi wkoll parkeġġ taħt l-art li jakkomoda 176 vettura. 

Storikament, il-lukanda Verdala se tibqa’ mfakkra għal meta lejn l-aħħar tas-snin sebgħin kienet serviet ta’ lok fejn saru t-taħditiet bejn Robert Mugabe u Joshua Nkomo, mexxejja ta’ fazzjonijiet politiċi rivali fil-pajjiż dak iż-żmien ir-Rodeżja, (illum Zimbabwe). Dawn it-taħditiet kienu saru dwar il-futur tal-pajjiż u bi preparazzjoni għal meta t-tmexxija tal-gvern ma kellhiex tibqa’ aktar f’idejn il-bojod.

Sport