Friday, December 13, 2024

BNF Bank iħaffef ħlasijiiet non-SEPA tal-istess jum

Aqra wkoll

Sabiex insaħħu l-proposta’ lill-klijenti tagħna, li tarana nkomplu ntejbu s-servizz offrut, BNF issa qed jipprovdi ħlasijiet ta’ l-istess jum (urġenti) non-SEPA b’ħeffa permezz ta’ estensjoni fil-ħin permissibbli. Din l-estensjoni tapplika fuq il-muniti ewro (EUR), sterlina (GBP) u dollaru Amerikan (USD).

Din l-estensjoni tal-ħin, mill-11.00am għas-2:00pm, tapplika għal dawn il-muniti msemmija hawn fuq.  Ħlasijiet non-SEPA jistgħu jsiru 24/7 permezz ta’ BNF Internet Banking jew minn waħda mit-tnax-il fergħa tagħna mferrxa ma’ Malta u Għawdex.

Meta t-trasferimenti għall-ħlasijiet jiġu sottomessi u aċċettati mill-Bank qabel is-2:00pm, ħlasijiet non-SEPA fl-istess jum huma garantiti b’termini u kundizzjonijiet raġonevoli.  Garanzija ta’ rilaxx fl-istess jum tidħol fis-seħħ meta jiġu ppreżentati d-dokumenti relatati kollha, ma jkunx hemm żbalji u jkun hemm il-konformita’ regolatorja neċċessarja.

Ħlasijiet non-SEPA ta’ l-istess jum (urġenti) li jiġu sottomessi u aċċettati mill-Bank bejn is-2:00pm u l-4.30pm, jistgħu wkoll jiġu pproċessati fl-istess ġurnata wara verifika interna mill-Bank.    

Ekonomija

Sport