Saturday, November 9, 2024

BNF Bank jerġa’ jiftaħ il-fergħat mill-ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

BNF Bank bi pjaċir jixtieq jinforma lill-klijenti tiegħu li l-fergħa ta’ San Ġwann ħa terġa’ tiftaħ minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju.  Il-fergħat tan-Naxxar, Rabat u Raħal Ġdid ser jinfetħu mit-Tnejn 22 ta’ Ġunju.

Sakemm inħabbru mod ieħor, dawn il-fergħat hawn imsemmija ser ikunu qed joperaw mingħajr servizz ta’ kaxxier, mit-Tnejn sas-Sibt (9.00 a.m. san-12.30 p.m.).

15 ta’ Ġunju 2020: San Ġwann 189, Naxxar Road

22 ta’ Ġunju 2020: Naxxar 48 | 50, Labour Avenue

Rabat 6, Triq il-Karrijiet

Raħal Ġdid 90, Pjazza Antoine de Paule

Klijenti li jżuru xi waħda mill-fergħat ta’ BNF Bank huma mitlubin li jżommu mal-miżuri ta’ prevenzjoni tal-Bank sabiex jgħinu jħarsu s-saħħa ta’ l-impjegati tagħna u klijenti oħrajn.  It-tbegħid soċjali, l-influss ta’ klijenti u maskri adattati huma mandatorji f’kull fergħa ta’ BNF Bank mifruxin ma’ Malta u Għawdex, skont ir-regoli ta’ l-Awtorita’ tas-Saħħa.  Qabel jidħlu fil-fergħa ta’ BNF, il-klijenti ser ikunu mitluba biex ineħħu l-maskra adattata jew il-viżiera sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jkomplu billi jnaddfu jdejhom qabel jidħlu u jilbsu l-maskra adattata ladarba jkunu ġewwa l-fergħa.

Il-klijenti huma mħegga’ jużaw il-BNF Internet Banking għall-bżonnijiet bankarji ta’ kuljum, kif ukoll jużaw l-ATMs tal-Bank għall-ġbid u depożiti ta’ flus.  Fil-jiem li gejjin, Express Deposit Machines ser ikunu disponibbli fil-fergħat ta’ Ħal Qormi (PAVI, Triq Manuel Dimech) u San Ġwann (189, Naxxar Road), għal depożiti ta’ flus u ċekkijiet b’iktar konvenjenza, ħeffa u sigurta’.

Aktar informazzjoni fuq il-miżuri finanzjarji u ta’ prevenzjoni ta’ BNf Bank, jistgħu jinkisbu minn www.bnf.bank/covid-19-bnfbank_updates

BNF Plc hu istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjat mill-MFSA biex joffri servizzi bankarji skond it-termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju tal-1994. 

Sport