Thursday, December 26, 2024

BNF Bank jgħin fil-Maratona Televiżiva tal-Fondazzjoni Inspire – Jien Suċċess

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħala waħda mill-akbar għaqdiet mhux governattivi, li jservu mijiet ta’ persuni fis-sena, il-Fondazzjoni Inspire, minn dejjem kienet tiddependi minn voluntieri u organizzazzjonijiet oħra sabiex tkun tista’ żżomm l-ispejjeż baxxi u s-servizzi li toffri jkunu sostenibbli.  Bħala parti mill-programm ta’ ħidma, il-Fondazzjoni tellgħat għall-pubbliku, ‘Jien Suċċess’, programm televiżżiv, maratona ta’ tlett sigħat, li gie mxandar il-Ħadd 6 ta’ Settembru fuq TVM.

Il-flus miġbura waqt il-programm se jmorru sabiex isir titjib neċċessarju fis-sistema li ssaħħan il-pixxina li tintuża għat-terapija. Din toffri numru ta’ benefiċċji lil persuni b’diżabilita’ bħal għajnuna sabiex jittaffa l-uġiegħ, tisħiħ tal-muskoli u stimulazzjoni tas-sensi.  In-nuqqas ta’ dan is-servizz għal ħafna snin, l-ispejjeż ta’ manutenzjoni għoljin u l-ħsarat kontinwi, kienu jfixklu s-servizz li jingħata lil min veru għandu bżonn din il-faċilita’.

Bl-ispejjeż tat-titjib li jrid isir jaqbżu l-€200,000 sabiex il-makkinarju jkun iħares l-ambjent u jikkonsma inqas enerġija, BNF Bank għen lill-Fondazzjoni sabiex tkompli fil-ħidma importanti li tnaqqas id-diffikultajiet li jsaqqfu wiċċhom magħhom dawk l-individwi, familji u gruppi fis-soċjeta’ li huma fil-bżonn.

George Debono, l-Uffiċjal Kap għall-Kummerċ ta’ BNF Bank, li ppreżenta d-donazzjoni waqt il-programm, f’isem il-Bank qal li “BNF ilu żmien twil li nkorpora’ fil-mudell tiegħu, strateġija ta’ ħidma fost il-kommunita’ bbażata fuq il-valuri ta’ empatija u responsabbilita’, u li tilħaq individwi vulnerabbli permezz ta’ edukazzjoni u għixien ta’ hajja b’saħħitha.  Bl-iżgħar azzjonijiet jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd, is-Sur Debono, ħeġġeġ lit-telespettaturi biex ikunu parti minn din il-kampanja u jagħtu d-donazzjoni għall-kawża ġusta, filwaqt li tenna li kollaborazzjoni bħal din isservi sabiex BNF ikompli jgħin lill-kommunita’ lokali l-aktar lill dawk li għandhom bżonn jilħqu l-potenzjal tagħhom għall-futur u kwalita’ ta’ ħajja aħjar.

Bil-filantropija, għixien aħjar u saħħa jiffurmaw parti integrali mir-Responsabbilta’ Korporattiva Soċjali, il-Bank jibqa’ kommess li jkun ta’ servizz għall-kommunita’ u jkompli jgħin lill-Fondazzjoni Inspire.

Ekonomija

Sport