Saturday, November 23, 2024

BNF Bank joffri soluzzjonijiet finanzjarji flessibbli għall-istudenti

Aqra wkoll

Il-BNF bank qal li l-BNF Students Package huwa l-għażla ideali għall-istudenti li qed iffitxu soluzzjoni bankarja flessibbli filwaqt li jgawdu minn offerti fuq firxa wiesgħa ta’ servizzi finanzjari.  “Aħna nafu li s-snin ta’ studju jistgħu ikunu ta’ sfida għall-istil ta’ ħajja ta’ l-istudenti, għalhekk qed niżguraw li r-relazzjoni bankarja magħna tkun kemm jista’ jkun ta’ sodisfazzjon.  Minnbarra li noffru bonus ta’ €50 meta l-istipendju jiġi ddepożitat direttament fil-kont, il-BNF Students Package huwa mimli benefiċċji li jagħtu lill-istudenti l-għażla li jeħtieġu biex jamministraw flushom b’mod effiċjenti.”

Benefiċċji ewlenin tal-BNF Students Package jinkludu, karta ta’ debitu Visa Contactless u Internet Banking mingħajr ħlas, kif ukoll roħs fuq miżati ta’ l-iproċessar.  Studenti li jkunu għalqu it-18-il sena jistgħu japplikaw għall-karta ta’ kreditu mingħajr ħlas, li tiġi kompluta b’assikurazzjoni ta’ l-ivjaġġar u protezzjoni b’xejn fuq ix-xiri.

Il-BNF qal li “aħna kburin li nsiru nafu lill-klijenti tagħna.  Dan jagħtina l-vantaġġ li noffru l-prodotti meħtieġa mill-istudenti li jkunu qed jgħaddu minn perjodu kritiku fil-ħajja akkademika tagħhom.  Is-Self Personali offrut speċifikament lill-istudenti li jibbenefikaw mill-BNF Students Package huwa ntiż biex jagħti dik l-imbuttatura finanzjara meta tinħtieġ.  L-istudenti jistgħu jibbenefikaw minn self personali b’moratorium billi jħallsu interessi biss matul l-istudji tagħhom u sena iktar, sa massimu ta’ sitt snin.  Il-karatteristiċi, termini u kundizzjonijiet tas-Self Personali jvarjaw skont l-eta’ ta’ l-istudenti.”

Il-BNF Students Package joffri wkoll is-soluzzjoni imprenditorjali idejali għall-gradwati Ii jridu jibdlu l-idejat tagħhom f’impriżi tan-negozju.  Aħna ngħinu lill-gradwati jibdew il-proġetti tagħhom permezz tal-Micro Business Account li hu mfassal għal dan il-għan, filwaqt li jiġi offrut b’miżati ta’ ħlas mraħħsa.  

L-istudenti huma mħajjra jirreġistraw l-interess tagħhom fuq is-sit elettroniku tal-Bank www.bnf.bank/students-package jew jċemplu lil Customer Care fuq +356 2260 1000.

Sport