Saturday, December 21, 2024

BNF Bank plc – Ngħinu lill-komunità lejn futur aħjar

Aqra wkoll

BNF Bank qed jgħin b’mod attiv permezz t’inizjattivi finanzjarji u inizjattivi fil-kommunita’ intiżi sabiex in-nies ikunu jistgħu jlaħħqu aħjar mal-pandemija COVID-19.

Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-klijenti jistgħu ikomplu jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi biex iħallsu lura l-obbligi finanzjarji tagħhom.  Il-klijenti ta’ BNF li qed jesperjenzaw diffikulta finanzjarja minħabba l-kriżi fuq is-saħħa, jistgħu jagħżlu li japplikaw mingħajr spejjeż, għal differiment fil-ħlas li bħalissa qiegħed fis-seħħ fuq self għal-dar, self personali u self għal Buy-to-Let.  Qiegħdin ukoll nestendu sa l-aħħar ta’ Ġunju, l-offerta li nħallsu lura il-miżati relatati ma’ ġbid ta’ flus minn ATMs ta’ banek lokali li mhumiex ta’ BNF  Bank.

Komplejna nagħtu prijorita’ lis-servizz lejn il-klijenti, fejn tmienja mit-tnax-il fergħa tal-Bank baqgħu joffru servizz komplut, minkejja l-pandemija, filwaqt li nħarsu ‘l quddiem biex fil-futur qarib nerġgħu niftħu dawk il-fergħat li kienu temporanjament magħluqa.  Fil-fergħat ta’ San Ġwann u Qormi, se ninstallaw żewġ magni biex jilqgħu depożiti ta’ flus,  għall-konvenjenza tal-klijenti.  Minn Ġunju, il-karti ta’ debitu ta’ BNF li se jkunu qiegħdin jiskadu, se jiġġeddu għal tip contactless, filwaqt li sa l-aħħar tas-sena il-karti ta’ kreditu li ser ikunu qed jinħarġu ġodda ser ikunu contactless ukoll.

Għalkemm l-ambjent tan-negozju ġie definit mill-ġdid minħabba l-krizi, BNF itenni l-impenn li jkompli jgħin lill-kommunita’ tan-negozju sabiex tqum għall-okkażżjoni.  B’kollaborazzjoni mal-Malta Development Bank (MDB), permezz ta’ Garanzija Bankarja maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, BNF Bank issa qed joffri assistenza fuq working capital sabiex jgħin kumpaniji żgħar, medji u kbar li qed jiffaċċjaw sfidi biex ikomplu l-operat minħabba l-pandemija COVID-19.  Klijenti kummerċjali huma mfakkra li jistgħu jagħżlu li japplikaw għal differiment fil-ħlas fuq self tan-negozju sabiex inaqqsu problemi ta’ likwidita’.

Filwaqt li nifhmu il-bżonnijiet individwali tal-klijenti tagħna u nħaffu it-talbiet tagħhom għall-għajnuna, BNF qed jgħin b’mod attiv proġetti fil-kommunita’ maħluqa minn Foodbank Lifeline Foundation, Hospice, Fondazzjoni Richmond u Inspire fost organizzazjonijiet mhux governattivi oħrajn. Sostnuti b’entużjażmu mill-impjegati ta’ BNF, l-għan li nikkolaboraw fuq inizjattivi filantropici matul dan iż-żmien, hu sabiex inkomplu ninfluwenzaw b’mod pożittiv il-progress soċjali.  BNF Bank qiegħed ukoll jgħin lil ‘Malta Together’; www.maltatogether.com, inizjattiva krejattiva mhux għall-qliegħ intiża sabiex tgħin lin-nazzjon iżomm pożittiv matul din il-kriżi.

Il-prijorita’ tagħna sa mill-bidu tal-pandemija, kienet li nagħtu l-fakulta’ lill-impjegati tagħna biex iħarsu u jibqgħu b’saħħithom matul il-pandemija COVID-19, u għamilna l-arranġamenti li kien hemm bżonn biex l-impjegati jkunu jistgħu jaħdmu f’postijiet oħrajn minflok fl-uffiċċju biex niżguraw servizz bla waqfien filwaqt li ngħinu fl-isforz biex innaqqsu l-imxija tal-pandemija.  Impjegati fil-fergħat u Customer Care qed iżommu kuntatt regolari mal-klijenti permezz ta’ online portals u l-Call Centre.

Nixtiequ nuru l-apprezzament tagħna għall-fiduċja li l-klijenti tagħna jogħġobhom jagħtuna.  Ir-relazzjonijiet li bnejna mal-klijenti u l-imsieħba tagħna matul dan iż-żmien huma importanti ħafna għalina filwaqt li nwiegħdu li ser inkunu ta’ spalla għalihom filwaqt li nħarsu lejn futur aħjar.

Ekonomija

Sport