Monday, September 23, 2024

Bobby Clark se jitlaq lil Liverpool

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ proprjeta’ ta’ Liverpool Bobby Clark se jkun qed iħalli Anfield Road sabiex jingħaqad ma’ Red Bull Salzburg fl-Awstrija. Skont diversi gazzetti Ingliżi, Clark se jkun qed jingħaqad mar-Reds għas-somma ta’ £10 miljun.

Bobby Clark għandu 19-il sena u f’żewġ staġuni lagħab biss sitt partiti ma’ Liverpool. Fil-karriera qasira tiegħu bħala plejer, hu kiber f’żewġ akkademji dik ta’ Birmingham City u Newcastle United. Hu jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd.

Sport