Saturday, September 21, 2024

Boca Juniors eliminati mit-Tazza Sudamerikana

Aqra wkoll

Boca Juniors sfaw eliminati mit-Tazza Sudamerikana meta ġew megħluba mill-Brażiljani ta’ Cruzeiro 7-5 wara l-għoti tal-penalties.

Matheus Henrique kien poġġa lil Cruzeiro minn fuq wara disa’ minuti logħob sabiex Walace żied ieħor għat-tim tiegħu. Fil-ħin mogħti żejjed mir-referee, Milton Gimenez naqqas il-marġni tal-iskor għal Boca Juniors bil-logħba tmur fil-ħin barrani peress li l-iskor kumplessiv kien ta’ 2-2.

Boca Juniors, li kienu mingħajr Edinson Cavani, naqqsu milli jiskorjaw żewġ penalties minn sebgħa sabiex eventwalment Cruzeiro setgħu jiċċelebraw il-passaġġ għal round ieħor.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport