Sunday, April 12, 2026

Borg iħassar laqgħa li timpatta l-fondi Ewropej

Aqra wkoll

Alex Borg iħassar laqgħa mal-Viċi President tal-KE Fitto.  Fil-jiem li għaddew il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Raffaele Fitto għamel żjara f’pajjizna għal diskussjonijiet dwar il-politika ta’ Koeżjoni tal-UE. Parti mill-programm tal-Viċi President kien hemm ppjanata laqgħa fil-bini tar-rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea fil-Belt Valletta bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-VP tal-KE Fitto. 

Din il-laqgħa tħassret minn Alex Borg ftit tal-ħin qabel ma kellha ssir. Matul din iż-żjara il-VP tal-KE kellu laqgħat mal-Prim Ministru u diversi ministri. Fl-istess żjara l-VP tal-KE żar numru ta’ proħetti li twettqu b’investiment ta’ fondi Ewropej fosthom il-proħett tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija, il-ko-katidral ta’ San Ġwann,  ir-reverse osmosis plant f’Ħondoq il-Rummien f’Għawdex u ċ-Ċittadella. 

F’kummenti li ta lil media matul din iż-żjara il-VP tal-KE Fitto esprima kif il-proġetti li qed twettaq Malta huma eżempji ċari ta’ twettieq tajjeb tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u proġetti li jindikaw investiment għaqli tal-fondi Ewropej. 

Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fuq livell Ewropew dwar il-programm il-ġdid tal-Fondi Ewropej għas-snin 2028-2034. Programm li mistenni jintroduċi tibdil fil-mod kif jitfassal u jithaddem il-budget għall-Fondi Ewropej. 

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ħassar din il-laqgħa li kellu mal-VP tal-KE Fitto, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Peter Agius reġa’ uża opportunità biex jattakka lil pajjiżna anke dwar it-tħaddim tal-fondi Ewropej. Agius flimkien ma’ sħabu mill-grupp tal-EPP użaw żjara mill-kumitat tal-Budget tal-Parlament Ewropew biex jagħmlu stqarrijiet negattivi dwar Malta. 

Filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħassar laqgħa mal-VP tal-KE Fitto waqt żjara li uriet biċ-ċar kemm qed jintefqu tajjeb il-fondi Ewropej, il-MEP ta’ Alex Borg Peter Agius kien minn ta’ quddiem biex jagħmel ħsara lil Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport