Friday, March 27, 2026

Borg jagħżel li jibqa’ sieket dwar il-VAT

Aqra wkoll

“Il-punti kollha msemmija diġà ġew indirizzati pubblikament”. Dan iddikjarah Nathaniel Attard, id-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fi tweġiba
li ta, hekk kif L-ORIZZONT bagħat għadd ta’ mistoqsijiet indirizzati lil Borg dwar dak li qal fuq il-VAT.

Dan hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Alex Borg il-ġimgħa li għaddiet iddikjara li fl-ewwel 100 jum jekk ikun Prim Ministru se jkun qiegħed inaqqas il-VAT ta’ stabbilimenti tal-ikel minn 18% għal 7%. Intant dan il-ġurnal il-ġimgħa li għaddiet bagħat għadd ta’ mistoqsijiet lillKap Nazzjonalista Alex Borg.

L-ORIZZONT staqsa : Inti għidt li fl-ewwel 100 tiegħek bħala prim ministru tnaqqas il-VAT minn 18% għal 7% lill-istabbilimenti tal-ikel. Din hija inizjattiva tal-PN?, Inti tidher impenjat li twettaq din il-miżura. Sar impact assessment finanzjarju tagħha din?, Għamiltu xi studju li jikkonferma li din il-miżura verament tista tidħol fiż-żmien li għidt inti u li sa dakinhar sew id-dipartiment tat-taxxi
kif ukoll ir-ristoranti jkunu compliant?

Staqsejnieh ukoll; “Xi mezzi tal-midja, inkluż il-midja tagħkom, irrappurtaw li l-miżura li qed tipproponi inti se tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi. Inti tikkonfermah dan? u “Qabel ma ħabbart il-miżura, iddiskutejtha mal-MHRA u mal-ACE, iż-żewġ organizzazzjonijiet tas-settur”.

Ma nistgħux ma nirrimarkawx li quddiem il-fatt li d-domandi tagħna ġew indirizzati b’sempliċiment sentenza waħda, kif Alex Borg irid ikun il-Prim Ministru alternattiv meta qiegħed jagħżel li jaħrab minn mistoqsijiet sempliċi fuq xi ħaġa li
ppropona hu stess.

Ma nistgħux ma nistaqsux, verament jemmen f’dak li qiegħed jgħidu jekk fl-affermattiv għaliex ma għażel li jinjora id-domandi. Waqt li ħabbar il-proposta, il-Kap tal-PN waqt attività politika fl-Isla għamel diversi wegħdi li skont hu se
jwettaq fl-ewwel 100 jum minn meta jinħatar Prim Ministru.

Fost dawn il-wegħdi semma wkoll li jneħħi t-taxxa kollha minn fuq kull dħul
tal-pensjonanti. Dan biex ma’ nsemmux ukoll li Borg fid-diskorsi li jagħmel ta’ kull
nhar ta’ Ħadd, wieħed jista’ jirrealizza li f’kull ma’ jsemmi jgħid li dan se jwettqu fl-ewwel mitt jum.

Jgħid li għandu pjan ċar iżda jkompli jaħrab minn sempliċiment mistoqsijiet tal-ġurnalisti

Borg f’diversi diskorsi jgħid illi jista’ jkun il-Prim Ministru ġaladarba
in-nies ituh il-fiduċja. Però il-fiduċja kif se jiksibha, jekk joħroġ bi statement bħal dan u ma jagħtix spjegazzjoni sew ta’ kif din se tiġi mħaddma u implimentata u kif l-industriji se jiġu affetwati.

F’kumment li kien ta lill-Malta Today, Borg sostna ;” Għandna l-istudju u kollox preparat. Il-pajjiż kull meta b’xi mod naqqas it-taxxa din tħalli ripple effect, jerġa’ jkun hemm investiment u din iddawwar l-ekonomija u li b’xi mod jew ieħor il-Gvern jibqa’ jkollu d-dħul”.

Borg isemmi l-istudju għal darba anke darbtejn…

Dan kien kumment minnhom fejn qal ħafna u ma’ qal xejn. Semma’ għal
darba u anke darbtejn l-istudju imma dan il-veru studju ma’ deher imkien.
Din hija turija ċara ta’ kemm Bog ma’ jafx x’qed jgħid u jagħmel. Dan qed ngħiduh għax dan l-istess studju, Alex Borg qal li se jippubblikah wara li jimplimenta din il-miżura.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport