Sunday, April 12, 2026

Borg jgħid li l-PN huwa determinat li joffri futur aħjar lill-Maltin u l-Għawdxin kollha

Aqra wkoll

“Il-Partit Nazzjonalista huwa lest biex jiggverna, b’tim imsaħħaħ ta’ kandidati u viżjoni ċara għall-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista huwa determinat li joffri futur aħjar lill-Maltin u l-Għawdxin kollha”.

Dan iddikjarah il-Kap tal-Appożizzjoni Alex Borg waqt intervista li saritlu il-Ħadd filgħodu, fejn irrimarka li l-PN huwa determinat li jżomm il-kontijiet baxxi filwaqt li jinvesti f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli biex pajjiżna jsir aktar indipendenti. 

Il-PN, qal Alex Borg, se jibda mill-ewwel il-proġett tat-trasprot tal-massa fl-ewwel mitt jum, b’impenn li titlesta l-ewwel fażi fi żmien ħames snin.

Borg qal ukoll; “Dan hu l-mument tiegħek. Ejja nibnu flimkien pajjiż aktar b’saħħtu, b’opportunitajiet ġodda u ambizzjoni mġedda. Il-Malta ta’ għada trid tkun Malta tal-Maltin u tal-Għawdxin kollha”. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport