Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg għamel talba lill-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono sabiex hi tkun ta’ kenn għall-proċess tal-ħatra tal-Prim Imħallef il-ġdid u tippresiedi kull laqgħa bejnu u l-Prim Ministru.
Fi stqarija li ntbagħtet lil midja, Borg sostna li l-President hi l-aħjar persuna biex tiddefendi l-Kostituzzjoni u l-proċessi relatati magħha waqt li qal li dan il-proċess għandu jsir ukoll għall-ħatra tal-Awditur Ġenerali.
Il-Kap tal-PN tenna jgħid li skontu dan hu l-aħjar interess tal-pajjiż biex nimxu ‘l quddiem għax fi kliemu, Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox.

