Sunday, December 22, 2024

Boris Johnson għadu f’qagħda stabbli; Is-sieħba ta’ Johnson, li hija tqila, ukoll qed turi sintomi tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Brittaniku Boris Johnson għadu f’kundizzjoni stabbli wara li qatta’ t-tieni lejl f’taqsima ta’ kura intensiva.

Johnson iddaħħal l-Isptar St Thomas f’Londra nhar il-Ħadd li għadda, u tard it-Tnejn filgħaxija kien trasferit fit-taqsima tal-kura intensiva.

Il-Ministru għas-Saħħa Edward Argar awgura lil Johnson u lis-sieħba tiegħu, li hija tqila u li ġiet iżolata wara li qed turi sintomi, fejqan ta’ malajr.

F’kummenti lil sky News, Argar qal li “nifhem li l-Prim Ministru jinsab f’kundizzjoni stabbli. Minkejja li kellu bżonn ftit ossiġnu, huwa mhuwiex jagħmel użu minn ventilator.”

Ekonomija

Sport