Friday, November 15, 2024

Boris Johnson iħabbar li r-restrizzjonijiet li baqa’ jistgħu jitneħħew aktar tard dan ix-xahar

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li r-restrizzjonijiet kollha tal-Covid li fadal fl-Ingilterra, inkluż ir-regola legali tal-kwarantina (self-isolate), jistgħu jispiċċaw aktar tard dan ix-xahar.

Skont ir-regoli attwali, kull min jirriżulta pożittiv għandu jiżola lilu nnifsu għal mill-inqas ħamest ijiem. Ir-restrizzjonijiet attwali għandhom jiskadu fl-24 ta’ Marzu.

Iżda llum Johnson qal lill-Membri Parlamentari li jistenna li l-aħħar regoli domestiċi jispiċċaw kmieni sakemm ix-xejriet pożittivi li qed jiġu esperjenzati jkomplu.

Qal li l-intenzjoni tiegħu hija li jirritorna wara l-waqfa parlamentari, li hija wara l-21 ta’ Frar, biex ikun jista’ jitkellem fuq l-istrateġija tal-gvern ta’ kif wieħed jgħix bil-Covid.

Johnson qal: ”Sakemm ix-xejriet inkoraġġanti attwali jkomplu, qed nistenna li nkunu nistgħu nneħħu l-aħħar restrizzjonijiet domestiċi xahar qabel iż-żmien previst.”

Ingħad li gwida se tkun qed tissostitwixxi il-liġi u pereżempju n-nies se jiġu mħeġġa biex ma jmorrux għax-xogħol jekk ikollhom Covid.

Lura f’Jannar, Johnson qal li r-restrizzjonijiet se jispiċċaw għal dejjem meta jiskadu f’Marzu u ta x’jifhem li jistgħu jispiċċaw qabel.

Ekonomija

Sport