Friday, October 18, 2024

Boris Johnson jerġa’ jsir missier

Aqra wkoll

Carrie Johnson ħabbret li hi u l-eks Prim Ministru Ingliż Boris Johnson laqgħu t-tielet wild tagħhom, u taw l-isem ta’ Frank Alfred Odysseus Johnson.

Carrie Johnson ta’ 35 sena, qasmet din l-aħbar fuq il-pjattaforma tal-Instagram aktar kmieni illum. Hija qalet li t-tarbija twieldet nhar il-Erbgħa 5 ta’ Lulju. B’ċajta dwar l-ismijiet li ngħata binhom qalet “Tistgħu taqtgħu liema isem għażel ir-raġel tiegħi?”

L-isem “Odysseus” ġej mir-re mitoloġiku Grieg ta’ Itaka u l-eroj tal-poeżija epika tal-poeta Grieg Homer, “Odissea”.

Boris studja l-Latin u l-Grieg Antik fl-università u kien għalhekk forsi li influwenza ruħu u liċ-ċkejken tiegħu tah dak l-isem

Sport