Monday, December 23, 2024

Boris Johnson mistenni jħabbar lock down mill-ġdid wara li komplew jiżdiedu l-każi u l-imwiet kaġun tal-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rapporti fl-Ingilterra qed jindikaw li l-Prim Ministru Boris Johnson se jkun qiegħed iħabbar lock down totali mill-ġdid minħabba s-sitwazzjoni allarmanti fil-pajjiż.

Johnson se jkun qiegħed jindirizza lill-pubbliku aktar tard illejla. Is-sitwazzjoni fil-pajjiż kompliet tiggrava fl-aħħar jiem u mhux biss se jkunu qed jiddaħħlu restrizzjonijet ħorox, iżda l-ħruġ fil-pubbliku se jkun minimu, b’eċċezzjoni għal dawk li jagħżlu li jagħmlu eżerċizzju fuq barra.

Fl-aħħar jiem il-każi ġodda komplew jiżdiedu. Fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 58,784 każ ġdid, żieda ta’ 42 fil-mija fuq il-każi rrapurtati ġimgħa ilu. 

Id-Dipartiment tas-Saħħa ħabbar ukoll il-mewt ta’ 407 persuni, żieda ta’ 14 fil-mija meta kkumparat ma’ dawk li mietu ġimgħa ilu.

Mhux eskluż ukoll li l-iskejjel jibqgħu bil-bibien magħluqin għal numru ta’ xhur minħabba dawn in-numri allarmanti fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport