Il-Prim Ministru Boris Johnson u l-kanċillier Rishi Sunak se jkunu sanzjonati wara li attendew għal festin fi żmien il-lockdown.
L-uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliz ikkonfermza li Johsnon u Sunak rċevew notifika dwar dan mill-pulizija Metropolitana li se jkunu qed jiġu mmultati.
B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Ingliż, Keir Starmer qed jesiġi li t-tnejn li huma għandhom jirriżenjaw minnufih.
Għalkemm qegħdin jiċċirkolaw ħafna spekulazzjonijiet, jidher li Johnson mar kontra r-restrizzjonijiet imposti minnu f’Ġunju tal-2020 meta kien qiegħed jiċċelebra għeluq sninu flimkien ma’ grupp ta’ persuni fuq ġewwa. Dan meta l-istess Prim Ministru kien ħabbar restrizzjonijiet relatati mat-tlaqqigħ ta’ persuni barranin f’residenzi privati.
Qiegħed ikun allegat li kienet martu stess li ħejjiet dan il-festin u x’aktarx li hi wkoll se tkun qiegħda tiġi sanzjonata mill-awtoritajiet.