Friday, November 22, 2024

Boris Johnson u Carrie Symonds iħabbru t-twelid ta’ binhom

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-maħbuba tiegħu Carrie Symonds għadhom kemm ħabbru t-twelid ta’ binhom.

Kelliem għall-Prim Ministru u s-sieħba tiegħu qal li kemm l-omm kif ukoll binha “jinsabu tajbin”. Huwa mifhum li Johnson, li għadu kemm irkupra mill-coronavirus kien preżenti waqt it-twelid li seħħ fi sptar f’Londra. Il-koppja rringrazzjaw lill-professjonisti involuti fit-tqala ta’ binhom u ddeskrivew il-ħidma tagħhom bħala waħda fantastika.

Johnson li għandu 55 sena u Symonds li għandja 32 sena f’Marzu li għadda ħabbru li qed jistennew tarbija għall-bidu tas-sajf. Johnson irritorna lura għall-ħidma t-Tnejn li għadda wara li kien infettat bil-Covid-19, fejn saħansitra għamel iljieli jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sport