Friday, November 15, 2024

Bormla Subbuteo Club fil-ħames post fiċ-Champions League 

Aqra wkoll

Bormla Subbuteo club spiċċaw fil-ħames post min 22 club fejn fi tmiem il ġimgħa li għaddiet f’Reggio Emilia saret l-FISTF CHAMPIONS LEAGUE tat-table football. Fi Grupp C Bormla rebħu erba’ minn ħames partiti kontra Stembert Belgju 4-0, Olimpia tal-Greċja 3-0, Scarlet Battalion ukoll tal-Greċja 3-1, u Royal Kaisermuhlen tal-Awstrija 3-1 bl-unika telfa tasal kontra ċ-champions uxxenti Fiamme Azzure tal-Italja 0-4 biex ikkwalifikaw fit-tieni post fl-aħħar 16.

Bormla rebħu lil Issy les Moulineux ta’ Franza 3-1, biex fil-kwarti tal-finali, il- Bormliżi tilfu 1-3 mar-runners-up tal-kompetizjoni, il-Maltin ta’ Valletta SC, wara li fil-finali għall-pjazzament tas-7/8 post Bormla reġgħu rebħu lil Royal Kaisermuhlen tal-Awstrija 4-0 u fil-finali għall-5/6 post rebħu lil Napoli Fighters tal-Italja b’differenza ta’ goals ta’ 10 -9 wara li l-logħba spiċċat 2-2. 

B’hekk dan il-ħames post min 22 team kien l-aħjar post li qatt kisbu Bormla Subbuteo fiċ-Champions League. It-team kien kompost min Charles Aquilina bħala captain, Hansel Mallia, John Zammit, Jason Pisani, Mauro Camilleri, George Ebejer u l-Belġjani Bessim Golger Pierre De Leeuw u t-team manager Josef Camilleri.

Ekonomija

Sport