Sunday, December 22, 2024

Bormla Subbuteo Club jaslu sal-finali tal-Golden International Open

Aqra wkoll

Fi Flanders, il-Belgju, Bormla Subbuteo Club waslu sal-finali tal-Golden International Open, fejn tilfu 1-2 kontra l-Franċiżi ta Caen. Il-Bormliżi, irrenkjati fin-numru 6 fir-rankings mondjali FIST, fit-triq għall-finali rebħu l-grupp kontra l-Belġjani ta’ Hennuyer 2-0 u Wamme 4-0  biex wara bil-barrage rebħu lill-Belġjani ta’ Stembert 4-0.

Fis-semi-finali rebħu bil-golden goal lil Charleroi wara li l-logħba spiċċat 2-2 bit-tim kien kompost minn Mauro Camilleri, Jason Pisani u t-tliet Belġjani, Stelios Tsangouris, Bessim Golger u Pierre de Leeuw. 

Is Sibt intlgħabu l-kompetizzjonijiet individwali fejn Jason Pisani rebaħ il-kategorija tal-Veterani kontra Eric Threis tal Belġju u Bessim Golger wasal sas-semi finali fl-Open .

L-appuntament li jmiss għal Bormla Subbuteo Club ikun il-Grand Prix fl-AUM Bormla fid-29 u 30 ta’ April 2023.

Ekonomija

Sport