Monday, November 18, 2024

Bormla Subbuteo Club jaslu sas-semi-finali fil-FISTF GP ta’ Vjenna

Aqra wkoll

Bormla Subbuteo Club temmew l-impenji tagħhom fl-FISTF Grand Prix ta’ Vjenna fejn irnexxielhom jaslu sas-semi-finali, fejn tilfu 1-2 mar-rebbieħa Bologna Tigers tal-Italja.

Fi Grupp B, il-Bormliżi rebħu l-grupp b’rebhiet kontra Gorizia Italia  3-0, kontra Avenir Hennuyer tal-Belġju 4-0 u draw ta’ 2-2 kontra Royal Kaisermuhlen tal-Awstrija, biex għadew dirett għas-semi-finali. Il-club Bormliż jinsab fil-post numru 6 fir-rankings mondjali FISTF. It-tim kien kompost minn Charlie Aquilina, Jason Pisani, Bessim Golger, George Ebejer u John Zammit.  .

Fil-kompetizzjoni individwali, il-veteran Jason Pisani wasal sas-semi-finali fejn tilef 2-3 kontra Hinkelman tal-Awstrija. Dan filwaqt li Katherina Waldorf Busch ukoll tal-Awstrija waslet sal-finali fil-kategorija tan-Nisa.

Ekonomija

Sport