Friday, December 27, 2024

Bormla Subbuteo Club jirbaħ l-FISTF Grand Prix ta’ Bormla Malta 2023

Aqra wkoll

Il-Club ta’ Bormla subbuteo Club rebaħ l-FISTF Grand Prix ta’ Bormla Malta 2023 meta fil-finali għeleb lit-Taljani ta’ SS Lazio bl-iskor ta’ 2-1. It-tim kien kompost mill-captain Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, Mauro Camilleri u John Zammit. Is-semi-finalisti kienu Valletta Lions TFC u Stembert tal-Belġju.

Fil-kategorija Open kien il-Malti Samuel Bartolo ta’ Valletta SC li rebaħ 2-1 lil Pascal Scheen ta’ Stembert bis-semi-finalisti jkunu John Zammit ta’ Bormla SC u Jamie Bonnici ta’ SS Lazio. 

Fil -kategorija tal-Veterani kien it-Taljan Patricio Lazzaretti ta’ Lazio li għeleb 6-3 lil Massimo Cremona ta’ Charleroi. Is-semi-finalisti kienu Pascal u Daniel Scheen, Belġjani ta’ Stembert .

Fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena kien Jayden Bonnici ta’ Valletta Lions TFC li rebaħ 2-1 lit-Taljan Lorenzo Lazzaretti ta’ SS Lazio .

Fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena, rebħa doppja għal Jayden Bonnici fejn għeleb lil Malti Robert Farrugia Randon ta’ Ħ’Attard SC bl-iksor ta’ 2-1. 

Fil-Kategorija tan-Nisa kienet Melanie Magro ta’ Bormla SC li għelbet 2-0 lil Nicole Abela ta’ Stembert.

Fil-kategorija tazza tal-Fidda kien Lorenzo Lazzaretti ta’ SS Lazio li rebaħ 2-1 bil-ħin barrani lil Josef Camilleri ta’ Bormla SC.

Il-preżentazzjoni saret mis-Sindku ta’ Bormla Marco Agius u s-Sur Tony Borg. Attendew ukoll il- Viċi-Sindku, is-sinjorina Noyah Spiteri Hammett u rappreżentanza mill-Universitá AUM .Dan l- avveniment sar bil-kollaborazzjoni tal-FISTF, MTFSA, Kunsill Lokali Bormla, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, AUM, Euroclub Hotel, EJCS condominium, Każin Banda San Ġorġ Bormla, Cospicua Rangers, Marindex,Cherries, Nexos, Date art cafe u Tik Print.

Ekonomija

Sport