Sunday, December 22, 2024

Bormla Subbuteo Club jirbħu l-FISTF Yorkshire International Open 2024 fl-Ingilterra

Aqra wkoll

In-numru 3 fl-FISTF Teams World Ranking Bormla Subbuteo Club rebħu l-FISTF Yorkshire International Open 2024 fl-Ingilterra fejn fil-finali rebħu 3-1 kontra Elstow Uk sabiex ipproċedew għall-finali Bormla rebħu l-logħbiet kollha fi Grupp 1 b’żewġ rebħiet identiċi ta’ 4-0 kontra Kent Invicta, Yorkshire B u fis-semi-finali Bormla rebħu kontra Hennuyer B tal-Belġju 4-0 u fil-finali kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra Elstow UK hekk kif dehret wirja ta’ forza hekk kif il-Bormliżi urew logħob kbir hekk kif in-nies tal-lokal issapportjaw lill-Bormliżi.

It-tim kien kompost minn Captain Mauro Camilleri, George Ebejer, Josef Camilleri, John Zammit u Thomas Ebejer.

Is-Sibt fl-Individwali Mauro Camilleri tilef mal-Franċiż Remi Sorret 2-3 fil-ħin barrani u Josef Camilleri wasal sas-semi-finali fl-Open u Thomas Ebejer spiċċa fit-tielet post fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena 

Ekonomija

Sport