Borussia Dortmund jinsabu rebħa bogħod mir-rebħ tat-titlu tal-Bundesliga wara li għelbu lil Augsburg b’10 players biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika. Ir-rebħa tpoġġihom żewġ punti fuq Bayern Munich, li nhar is-Sibt tilfu 3-1 kontra RB Leipzig.
Felix Uduokhai (38) tkeċċa fl-ewwel taqsima għal foul fuq Donyell Malen qabel ma Sebastian Haller (58) fetaħ l-iskor b’xutt fil-baxx. Imbagħad Haller (84) ikkonkluda mill-viċin qabel ma Julian Brandt (90) kiseb it-tielet biex issiġilla r-rebħa.
Ir-rebħa tfisser li Dortmund jinsabu f’pożizzjoni b’saħħitha biex jirbħu l-Bundesliga għall-ewwel darba mill-2011-12 u jċaħħdu lil Bayern Munich mill-11-il titlu konsekuttiv.
Fl-aħħar ġurnata s-Sibt li ġej, Bayern imorru għand Koln iżda Dortmund jafu li rebħa f’darhom kontra Mainz fl-istess ħin se tassiguralhom it-trofew li l-aħħar li rebħuh kien fl-2012.
Issa Leipzig huma garantiti li jispiċċaw it-tielet – u jerġgħu jikkompetu fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej – wara t-taqtiegħa impressjonanti tas-Sibt.