Diversi ġurnali Ġermaniżi qed jitkellmu dwar is-sitwazzjoni ta’ Borussia Dortmund u l-kowċ tagħhom Nuri Sahan. Wara t-telfa fi tmiem din il-ġimgħa kotnra Augsburg dehret ċara l-qasma li hemm bejnu u bejn il-plejers. Bosta ġurnalisti rrimarkaw li jkun aħjar li dan il-kowċ jitlaq bil-kwiet għax ma ġabx l-impatt mixtieq fis-Signal Iduna Stadium ta’ Dortmund.
Minkejja kollox, kien hemm ukoll kritika lejn il-plejers li ħafna jippretendu li jinsabu ‘l fuq mill-klabb u dan il-fattur mhux tajjeb.
Borussia Dortmund jinsabu fis-seba’ post tal-klassifika bi 13-il punt minn tmien logħbiet.