Borussia Dortmund ħabbru li ġeddew il-kuntratt tad-direttur sportiv tagħhom Sebastian Kehl. Dan tal-aħħar għandu 44 sena u ffirma tiġdid fil-kuntratt sas-sena 2027. Fi stqarrija, id-diriġenti tal-klabb qalu li jinsabu kuntenti bix-xogħol li qed jagħmel Kehl speċjalment bl-akkwisti li qed jagħmel.
Kehl kien ukoll plejer ma’ Borussia Dortmund bejn l-2004 u l-2015 u għalhekk hu meqjus bħala l-bandiera tal-klabb.