Borussia Dortmund ħabbru li keċċew lill-coach, Marco Rose, wara staġun wieħed biss.
Dan minħabba li filwaqt li ddiżappuntaw bil-kbir fil-UEFA Champions League wara li ġew eliminati mill-fażi tal-gruppi u ġew relegati fil-UEFA Europa League, taħt it-tmexxija tiegħu huma naqsu li jwaqqu d-dominanza ta’ Bayern Munich.
Stqarrija mill-club kienet tgħid li: “Borussia Dortmund u l-coach Marco Rose temmew il-kollaborazzjoni ta’ bejniethom. Wara analiżi intensiva, Rose se jingħaqad ma’ Hans-Joachim Watzke (kap eżekuttiv), Michael Zorc (direttur sportiv), Sebastian Kehl (kap tad-dipartiment tal-liċenzji) u Matthias Sammer (konsulent), li kollha se jħallu lill-club.