L-ogħla awtoritajiet ta’ Borussia Dortmund ħarġu stqarrija fejn qed jgħidu li għandhom fiduċja sħiħa fil-kowċ Edin Terzic. It-tim bħalissa jinsabu fil-ħames post tal-klassifika tal-Bundesliga meta għandu 21 punt minn 11-il logħba. Minkejja kollox, huma jinsabu 10 punti bogħod mil-leaders Bayer Leverkusen, bil-partitarji li mhumiex kuntenti sal-aħħar b’din il-pożizzjoni.
Terzic tenna li dan l-istaġun l-affarijiet mhux dejjem qed imorru tajjeb fejn ix-xorti mhux dejjem daħkitilhom.