Borussia Dortmund ħatru lil Niko Kovac bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom wara li l-ġimgħa li għaddiet keċċew lil Nuri Sahin. Dan tal-aħħar kien imkeċċi wara beda din is-sena b’erba’ telfiet konsekuttivi fil-kompetizzjonijiet kollha, b’Mike Tullberg li mexxa lit-tim fil-logħba taċ-Champions League kontra Shaktar Donetsk 3-1.
Kovac għandu 53 sena u fil-passat kien kowċ ta’ Bayern Munich u wassal għar-rebħ tal-kampjonat u t-Tazza Ġermaniża fl-istaġun 2018/19. Hu mexxa wkoll lil Eintracht Frankfurt u Wolfsburg, kif ukoll ta’ AS Monaco.