Borussia Dortmund għaddejjin b’taħditiet ma’ Manchester United bit-tama li jakkwistaw lill-attakkant internazzjonali Ingliż Marcus Rashford. Dan il-plejer litteralment daħal fit-telenovela ta’ Jannar hekk kif bosta timijiet jinsabu interessati fih iżda ma jidhirx li se jkun trasferiment faċli.
Rashford saqsa lill-aġent tiegħu biex jirsistilu u l-aħħar offerta tat-tim Ġermaniż tidher waħda interessanti.
Rashford ġie litteralment eżiljat mill-kowċ Ruben Amorim hekk kif ilu ma’ jilgħab mal-United sa mis-7 ta’ Diċembru li għadda.