Borussia Dortmund qed jitolbu somma ta’ disa’ ċifri għal Jude Bellingham.
Iż-żagħżugħ qed ikompli jiġbed l-għajn, wara li kkonsolida postu fit-team ta’ Dortmund dan l-istaġun, fejn s’issa beda kull logħba tal-Bundesliga u ċ-Champions League.
Liverpool, Manchester United u Chelsea kollha ġew marbuta li jippruvaw iġibuh ‘il bogħod mill-Westfalenstadion, iżda Dortmund ma jridux ibigħuh.
Il-club Ġermaniż ivvaluta lil Bellingham għal £101m f’tentattiv biex iwissi lil kwalunkwe xerrej potenzjali.
Il-kuntratt attwali taż-żagħżugħ ta’ 18-il sena fil-Ġermanja jdum sal-2025 u din l-aħbar iżżid iċ-ċansijiet li jibqa’ għal dak il-ftehim kollu.
Minn meta ngħaqad mal-ġganti Ġermaniżi mingħand Birmingham City is-sena l-oħra, Bellingham għamel 61 dehra ma’ Dortmund u skorja seba’ goals.