Friday, November 1, 2024

Borussia Dortmund jittamaw li jorbtu lil Jude Bellingham b’kuntratt ġdid

Aqra wkoll

Borussia Dortmund qed jittamaw li jorbtu lil Jude Bellingham b’kuntratt ġdid biex iwarrbu l-interess fis-servizzi tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena diġà stabbilixxa ruħu bħala player regolari kemm għall-club kif ukoll għal pajjiżu u rreġistra sitt goals u 13-il assist f’40 dehra għal Dortmund dan l-istaġun.

Clubs bħal Manchester United, Real Madrid, Manchester City u Liverpool ilkoll ġew akkreditati b’interess f’Bellingham, bir-Reds u l-Los Blancos meqjusa li qed jippreparaw offerti ta’ £84m għall-player internazzjonali Ingliż.

Madankollu, Dortmund m’għandhom l-ebda interess li jċedu lil Bellingham dan is-sajf u minflok qed ifittxu li jorbtu lill-player żagħżugħ b’termini ġodda.

Il-kuntratt eżistenti ta’ Bellingham fil-Westfalenstadion jiskadi fl-2025, u huwa ffirma dik l-estensjoni biss fis-sajf tal-2021, iżda jidher li se jkun ippremjat għall-wirjiet impressjonanti tiegħu f’dan l-istaġun bi ftehim ġdid kbir.

L-ex player ta’ Birmingham City irreġistra total ta’ 10 goals u 17-il assist f’86 ħarġa għal Dortmund minn meta ngħaqad magħhom fi ftehim ta’ £22.5m mingħand l-istess Birmingham City lura fl-2020.

Sport