Manchester City, Manchester United, Liverpool, Arsenal, Chelsea u Tottenham Hotspur kollha qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tal-kuntratt ta’ Milan Skriniar ma’ Inter.
Il-ftehim attwali tal-player ta’ 27 sena f’San Siro għandu jiskadi f’Ġunju li ġej, li jfisser li, kif inhu, ikun liberu li jkollu taħditiet ma’ klabbs barranin f’Jannar.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Inter Giuseppe Marotta dan l-aħħar qal li kien “ottimist ħafna” li ftehim ġdid se jiġi żgurat qabel it-13 ta’ Novembru.