Saturday, September 14, 2024

Bosta clubs Taljani mmultati

Aqra wkoll

Inter u Milan, u clubs oħra, ġew immultati mill-imħallef sportiv tas-Serie A għall-imġieba tal-partitarji. Inter ġew immultati €4,000 u Milan €5,000 wara li l-partitarji tagħhom tefgħu fliexken tal-ilma fil-ground fid-Derby della Madonnina.

Fiorentina rċevew multa ta’ €5,000 minħabba li l-partitarji tagħhom insulentaw kemm-il darba bil-korijiet lill-coach ta’ Atalanta, Gian Piero Gasperini. Ġiet imposta multa ta’ €2,000 lil Juventus wara li l-partitarji tagħhom kantaw kor offensiv lejn il-coach ta’ Lazio, Maurizio Sarri, fis-36 minuta tal-konfront.

Fl-aħħarnett, Torino weħlu €2,000 talli kkawżaw dewmien “b’mod mhux ġustifikat” il-bidu tal-logħba kontra Salernitana b’madwar żewġ minuti.

Ekonomija

Sport