Wednesday, December 25, 2024

Bosta familji attendew bi ħġarhom għall-attività fi Ġnien Romeo Romano

Aqra wkoll

Is-Sibt, 6 ta’ April ġewwa Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera l-pubbliku attenda bi ħġaru għall-attività għall-familja kollha bħala parti mill-kampanja Inwettqu Flimkien. Din l-attività kienet immirata biex tinforma lin-nies dwar kif jistgħu jkunu aktar sostenibbli fil-ħajja ta’ kuljum filwaqt kien hemm attivitajiet u divertiment għall-familja kollha.

Tul din l-attivita spikka l-puppet show ta’ Maggie l-fekruna tal-baħar u sħabha li jifforma parti mill-kampanja ta’ Saving Our Blue, fejn teduka lin-nies biex jużaw inqas plastik li jintuża darba biss u kif il-konsum tagħna jħalli effett negattiv fuq il-ħolqien tal-baħar.

Ġnien Romeo Romano jifforma parti minn Casa Leoni, palazz mibni fil-bidu tas-seklu tmintax biex iservi bħala villeġatura għall-Granmastru Manoel de Vilhena li ggverna Malta mill-1722 sal-1736.

Proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Ġnien Romeo Romano li sar fl-2022 ra li jenfasizza l-karattru awtentiku ta’ dan il-ġnien filwaqt li joħloq spazji ġodda li jservu lill-komunità. Hekk kif ġew installat bandli ġdid u amenitajiet moderni oħra, ingħatat attenzjoni sabiex jiġi ppreservat il-pajsaġġ straordinarju ta’ dan il-ġnien. Ġiet restawrata wkoll is-Sienja li fil-passat kienet tintuża biex jinġarr l-ilma mill-ġibjun li hemm taħt dan il-ġnien.

Għal aktar informazzjoni, żur u segwi l-medja soċjali ta’ Sostenibilità u Saving Our Blue.

Ekonomija

Sport