Sunday, May 5, 2024

Bosta jerħula lejn il-Belt għal lejlet il-Milied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għal darba oħra l-attivitajiet fil-Belt Valletta kienu suċċess. Jixhdu dan ir-ritratti mxerrdin fl-aħħar sigħat miċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef.

Fost l-atmosfera sabiħa li kompliet tiġbed l-attenzjoni ta’ bosta Maltin kif ukoll turisti barra mill-Belt jum wara l-ieħor f’dawn il-jiem ta’ festi, ilbieraħ filgħaxija fil-belt Valletta komplew l-attivitajiet b’atmosfera ta’ ferħ.

Fost dawn kien hemm il-kant ta’ grupp ta’ tfal li b’lilħna tagħhom komplew joffru atmosfera ta’ paċi lil dawk kollha li waqfu biex jisimgħuhom.

Ma setax jonqos li sal-aħħar ħinijiet tal-ftuħ, kellek min deher ħiereġ mill-ħwienet bl-aħħar xiri ta’ rigali tal-Milied.

Sport