Wednesday, December 25, 2024

Bosta jerħula lejn il-Belt Valletta biex igawdu l-Karnival

Aqra wkoll

Minkejja riħ u limitazzjonijiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19 il-poplu Malti rħielha lejn il-Belt Valletta biex igawdi l-festa tal-Karnival 2022.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni kulturali ta’ qabel ir-Randan, fil-belt kapitali Maltija ddominaw il-karrijiet ikkuluriti b’temi diversi u tfal jifirħu jiġru bil-kostumi. 

Kif nafu l-Karnival huwa wieħed mill-pilastri ewlenin fil-kalendarju kulturali Malti u minkejja li b’verżjoni ridotta xorta attira bosta persuni.

Ħafna issa qed iħarsu ukoll għall-programm kulturali karnivalesk, li għal din is-sena biss ser jittella’ fl-20, 21, 22 ta’ Mejju 2022, biex b’hekk il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista jgawdi dan l-avveniment li hu tant għal qalb il-kbar u ż-żgħar, b’mod responsabbli mal-miżuri relevanti f’dawk iż-żminijiet.”

Ritratti: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport