Tuesday, December 24, 2024

Bosta jieħdu interess fi qtajja’ ta’ bram li mhumiex perikolużi

Aqra wkoll

F’wiċċ il-baħar, fl-inħawi tal-Foss tal-Belt, spikkaw qtajja’ ta’ bram tat-tip “fried egg jellyfish” li ġibdu l-għajn ta’ bosta, mhux l-inqas tal-fotografu tagħna Roger Azzopardi li ħa l-okkażjoni biex jieħu xi ritratti ta’ dawn l-ispeċi ta’ bram.

Dan il-bram huwa magħruf bħala ‘qassata’, li iżda mhumiex perikolużi. Din ix-xena niżlet tajjeb ukoll ma’ xi għaddasa li nzertaw kienu qed jgħumu f’dawn l-istess inħawi.

Dan it-tip ta’ bram normalment ifiġġ waqt l-istaġun tal-lampuki, wara nofs Awwissu.

Ekonomija

Sport