Bosta kienu dawk li nħasdu hekk kif ġriet l-aħbar tal-mewt tal-attur leġġendarju Sean Connery fl-età ta’ 90 sena.
Ħafna jiftakru wkoll meta Connery kien ġie f’pajjiżna f’Awwissu tal-2002 biex fuq medda ta’ tlett ijiem tinġibed xena minn film fix-Xlendi, Għawdex.
Connery kien ħadem ir-rwol ta’ Allan Quatermain fil-film “The League of Extraordinary Gentlemen”.
Il-film kien ġab flimkien lil uħud mill-aktar eroj popolari mid-dinja tal-fantaxjenza u tal-avventura, bil-għan li jsalvaw lill-imperu Brittaniku mill-periklu ta’ għadu enigmatiku li ried li jkollu d-dominju tad-dinja.