Sunday, November 24, 2024

Bosta jikkundannaw minorenni jipponta s-swaba’ tan-nofs quddiem karozza tal-pulizija

Aqra wkoll

Dan is-sit mhux l-ewwel darba li xerred kitbiet ta’ tifħir u ringrazzjament wara ġesti li jmorru oltre mill-ħidma ta’ diversi uffiċjali li jaħdmu għaż-żamma tal-ordni.

Fl-aħħar sigħat filmat li mhux magħruf meta ttieħed beda jinxtered fuq il-midja u qajjem kontroversja b’diversi persuni jitkażaw b’dik li huma rreferew bħala “l-ġenerazzjoni li jmiss”.

Fil-filmat qasir li bażikament huwa żewġ ritratti b’pawża qasira bejniethom jidher dak li huwa minorenni b’wiċċu mgħotti u qiegħed bis-swaba’ tan-nofs ippuntati quddiem karozza tal-Pulizija Maltija.

Bosta kienu dawk li kkundannaw dan il-filmat u qalu li l-awtoritajiet jeħtieġ li jingħataw l-għodda biex jaġixxu fil-konfront ta’ tali imġiba jew attitudni. Sostnew li b’hekk dak li jkun ikun ikun jista’ jiġi mċanfar u tiġi megħluba l-mentalità tax-xejn mhu xejn li tista’ tkun perikoluża jekk tibda tindera.

Sport