Wednesday, April 24, 2024

Bosta jsellmu l-memorja tad-disinjatur Malti Drew Warhurst 

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, ingħatat l-aħbar li ħalliena Drew Warhurst. Huwa se jibqa’ imfakkar għall-involviment tiegħu fit-tfassil tal-ilbies ta’ bosta artisti Maltin, inkluż ta’ dawk li rrapreżentaw lil pajjiżna fil- Eurovision Song Contest. 

Fosta dawk li sellmu l-memorja tiegħu, kien hemm oħtu Sharon Micallef Warhurst. Intant f’messaġġ fuq Facebook, Sharon kitbet li ma tistax temmen, minħabba l-fatt li ftit tal-jiem ilu, hi u Drew tilfu lil għażiża ommhom. 

Hija qalet ukoll; “Ma nistax nemmen li qatt mhu se nisma’ leħnek u nerġa’ narak Andrew, persuna ferriħija, dejjem tferraħ lill-oħrajn u persuna li kont tagħti qalbek għal ħaddieħor. Ċerta li tinsab f’post aħjar u qrib ta’ ommna”.

Sport