Tuesday, December 24, 2024

Bosta jsellmu l-memorja taż-żagħżugħ Dylan Axiak li kieku llum jiċċelebra għeluq sninu

Aqra wkoll

Dylan Axiak, iż-żagħżugħ li tilef ħajtu traġikament wara li ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’Mejju li għadda, illum kieku kien jagħlaq 22 sena.

Bosta kienu dawk li fuq il-Facebook kitbulu messaġġi sabiex ifakkru l-memorja tiegħu. Fost id-diversi messaġġi, spikka l-messaġġ ta’ missieru Dylan , li kiteb; “Nispera li l-anġli li ħaduk japprezzaw x’teżor għandhom ħdejhom”.

Kien hemm ukoll il-messaġġ tat-tfajla tiegħu, fejn spjegat li din is-sena kienet l-agħar sena f’ħajjitha. Irrimarkat li għalkemm kienet persuna li tħobb ħafna il-Milied, issa lanqas tkun trid tisma’ jew tara xejn dwaru.

Saħqet li; “Kull fejn tħares tara nies maħbubin, jgħannqu u jbewwsu lil xulxin, familji jinġabru u jiċċelebraw dawn il-festi flimkien u jien hawn nistenniek ġejja lura”.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport