Saturday, December 21, 2024

Bosta maħsudin bit-telfa ta’ Adrian f’inċident f’Ta’ Qali

Aqra wkoll

Bosta ħbieb qamu maħsudin bl-aħbar tal-mewt ta’ Adrian Muscat, deskritt bħala missier b’imħabba bla qies għall-familja tiegħu u dawk kollha li kienu jkunu fil-kumpanija tiegħu.

Kollegi li kienu fuq il-post li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li meta kien ikun hemm xi ħadd ma jiflaħx li ma kienx jistaqsi għalihom għax kien imur tajjeb ħafna ma’ kulħadd.

Il-Ħaddiem ta’ 40 sena mill-Għargħur, sfortunatament huwa l-ewwel vittma ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol għal din is-sena. l-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6:30 p.m fejn qiegħed isir il-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li nqeleb makkinarju li fuqu kien hemm żewġ ħaddiema, b’ wieħed minnhom waqa’ madwar sular f’xaft dejjaq.

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu imma minkejja l-isforzi tat-tim mediku, ir-raġel ta’ 40 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-ħaddiem l-ieħor, raġel ta’ 35 sena residenti l-Imġarr, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard irriżulta li sofra ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport