Il-Police Officers Union ħabbret it-telfa tal-ħabib u l-kollega Joe Muscat, magħruf bħala t-12. Il-POU kompliet tgħid li mill-messaġġi li għaddejjin fuq facebook jidher biċ-ċar kemm kien raġel u kollega tal-affari tiegħu. Muscat kien raġel rispettat ħafna. Il-POU temmet tagħti l-kondoljanzi lill-familja Muscat.
Aktar kmieni wara nofsinhar l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru l-mewt ta’ Muscat li huwa l-71 persuna li miet waqt li kien pożittiv għall-COVID-19 f’pajjiżna.