Wednesday, April 24, 2024

Bosta Maltin jibqgħu jaqsmu lejn Għawdex wara Santa Marija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kif mistenni, il-ġranet qabel u wara l-festa ta’ Santa Marija jaraw żieda qawwija ta’ Maltin li jaqsmu len Għawdex biex igawdu xi ġranet ta’ vaganza.

Ritratt miġbud mill-fotografu ta’ dan is-sit juri li anke wara l-15 ta’ Awwissu, il-vjaġġi tal-Gozo Channel baqgħu jaraw kjuwijiet kbar ta’ persuni li jagħżlu lil Għawdex biex jaqtgħu ftit mir-rutina ta’ kuljum anke f’dawn il-ġranet ta’ waqfien temporanju mill-ħidma.

Intant statistika li għandu dan is-sit tikkonferma li bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Awwissu, kien hemm 73,263 persuna li qattgħu l-vaganzi tagħhom fil-gżira tat-tliet għoljiet fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Dan ifisser żieda ta’ kważi 2% iktar minn dak reġistrat fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet. 

Sport