Diversi plejers ta’ nofs il-grawnd qed jissemmew fil-kurituri ta’ Stadio Olimpico li jistgħu jkunu s-suċċessuri ta’ Sergej Milinkovic Savic li se jħalli lil Lazio fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
It-tim minn Ruma qed jittama li jikseb is-servizzi ta’ Ruben Loftus Cheek li bħalissa qed jilgħab ma’ Chelsea u li l-kowċ Maurizio Sarri tant irid jakkwista. Madankollu qed jissemmew ukoll Piotr Zielinski ta’ Napoli, Davide Frattesti ta’ Sassuolo u Nicolo Rovella li hu proprjeta’ ta’ Juventus.