Monday, December 23, 2024

“Bosta qatgħulna qalbna… għandna aktar applikazzjonijiet milli postijiet fl-iskola ta’ Barts”

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat awgura lill-ewwel grupp ta’ studenti internazzjonali li se jiggradwaw minn Queen Mary University Malta Campus (Barts) fil-5 ta’ Lulju li ġej.

Fi stqarrija pubblika, Muscat qal li kien hemm bosta li kienu qalu li l-ħolma li jkollna Skola Medika f’Għawdex kienet impossibbli.

Ikompli li bis-saħħa tas-sħubija mal-privat, l-iskola inbniet fuq l-aqwa livelli internazzjonali, u l-istudenti bdew ġejjin. Kull sena l-applikazzjonijiet żdiedu u informat li din is-sena daħlu bil-bosta aktar applikazzjonijiet milli hemm postijiet.

“Dan kollu qed jgħin lil familji u negozji f’Għawdex permezz ta’ ħolqien ta’ ekonomija sostenibbli. Konvint li anki proġetti oħra simili li ġew ikkritikati u mfixkla minn min jaqta’ qalbu, se jħallu l-frott”, tenna Muscat.

Ekonomija

Sport