L-attenzjoni dalgħodu dahret fuq is-sewwieqa fejn ġew mħeġġa jixegħlu d-dwal tal-vetturi tagħhom minħabba problemi serji ta’ viżibbiltà kkawżati minn ċpar qawwi.

Ma setax jonqos li kawża ta’ dan, it-traffiku madwar il-pajjiż kollu kien miexi iżjed bil-mod, iżda fortunatament ma kinux rappurtati inċidenti serji.

Intant, is-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed juri kif bosta titjiriet ittardjaw b’diversi sigħat diġà u għalhekk dawk affettwati huma ġentilment mitluba jsegwu s-sit għal aktar aġġornamenti.